L-awtoritajiet Ġermaniżi qed jinvestigaw sensiela ta’ inċidenti tat-traffiku fi triq arterjali li tagħti lejn il-kapitali Ġermaniża, Berlin, b’motivi terroristiċi marbuta mal-estremiżmu Iżlamiku.
L-inċident konsekuttivi seħħew għall-ħabta tas-sebgħa tat-Tlieta filgħaxija, bil-Pulizija jirnexxiela tegħleb lill-Iraqi u tarrestah.
Il-Pulizija qed iżżomm lis-sewwieq Iraqqin ta’ 30 sena taħt arrest għal aktar stħarriġ għadda rimarki wara l-inċidenti li jalludu għal motivi reliġjużi, bl-Avukat Ġenerali ta’ Berlin, Martin Stelner, jikkonferma li l-inċidenti kienu motivati mill-Iżlam.
Huwa darab serjament 3 minn nies filwaqt li tlieta oħra sofrew ġrieħi ħfief, bl-indikazzjonijiet juru li r-raġel Iraqqin. abbanduna l-vettura wara l-inċidenti iżda ħalla warajh fuqha kaxxa bl-iskrataċċ allegatament perikoluża.
Minkejja l-motivi marbuta mal-estremiżmu Iżlamiku, indikazzjonijiet juru li r-raġel kien ibati ukoll minn problemi ta’ saħħa mentali.
L-investigaturi infatti analizzaw il-kaxxa minn barra u meta eventwalment fetħuha, huma sabu pistola tal-ilma kif ukoll numru ta’ għodda oħra.
//= $special ?>