Xahrejn wara l-inċident ikrah li kellu bil-handbike tiegħu fi Siena, l-atleta paralimpiku Alex Zanardi għamel titjib sostanzjali fil-qagħda klinika tiegħu. Dan qalu l-Isptar San Raffaele di Milano fejn jinsab rikoverat l-istess Zanardi. Huma żiedu li bħalissa qiegħed jiġi trattat f’kura semi-intensiva.
Zanardi sofra inċident ikrah bil-handbike tiegħu waqt tellieqa fis-Siena fid-19 ta’ Ġunju fejn għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-handbike tiegħu u baqa’ dieħel fi trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta. Wara kważi xahrejn jirċievi kura intensiva u anke sarulu żewġ interventi mediċi, issa jidher li l-kundizzjoni medika tiegħu qed titjieb.
Alex Zanardi huew eks sewwieq tal-Formula 1 fejn wara inċident li kien sofra kien tilef saqajh it-tnejn u minn dakinhar wara li rkupra beda jeħu sehem fi tlielaq permezz tal-handbike.
//= $special ?>