Lokali

Żewġ persuni min-Nepal iweġġgħu gravi qrib Kennedy Grove

Żewġ persuni min-Nepal sofrew feriti gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu qrib Kennedy Grove.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am fi Triq is-Salini, fejn iż-żewġ persuni kienu għaddejjin fuq mutur.

Għal xi raġuni, is-sewwieq, raġel ta’ 23 sena residenti l-Imsida, tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha u ħabat fil-barriers li hemm mat-triq. Abbord il-mutur kien hemm mara ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza biex iż-żewġ persuni setgħu jingħataw l-ewwel għajnuna. Kif ittieħdu l-Isptar, huma kien ċċertifikati li qed isofru minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.