Coronavirus Lokali Saħħa

Aktar restrizzjonijiet fil-konfront ta’ Malta

Il-Fillandja tingħaqad ma' diversi pajjiżi oħra li qed jimponu miżuri fil-konfront ta' pajjiżna

Daqqa ta’ ħarta oħra għal Malta hekk kif il-Fillandja imponiet restrizzjonijiet fil-konfront ta’ Malta.

Il-Fillandja waqfet id-dħul ta’ turisti minn pajjiżna. It-tijiriet se jkunu disponibbli biss għal Fillandiżi li jirritornaw lura pajjiżhom. Dawn il-miżuri se jidħlu fis-seħħ min-nhar it-Tnejn li ġej.

Diversi pajjiżi Ewropej qed jipprojbixxu titjiriet mhux essenzjali mill-gżira tagħna jew inkella qed tkun imposta kwarantina.