Lokali

Appell biex ikun imħares il-Park tal-Majjistral

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Park tal-Majjistral fakkar li mhux permessibbli li wieħed jitfa’ jew jagħmel xi żebgħa fl-art u fil-ħitan tal-istess Park.

Ġie sostnut li dan huwa ksur tal-liġi skont l-SL 549.83, li wara kollox azzjoni bħal din taf ixxekkel il-biodiversità tal-inħawi. Huwa qalu li dan l-att xi rrappurtat lill-Pulizija u lill-Kunsill Lokali.

Fl-istess post fuq Facebook huma talbu biex il-pubbliku jikkopera u jimxi mal-liġi, biex wara kollox dan il-Park nibqgħu ngawduh fin-natural kollu tiegħu.

https://www.facebook.com/majjistralpark.org/posts/1466103036920748

Marki simili saru wkoll fix-Xatt l-Aħmar f’Għawdex.