Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li ttajjar fix-Xewkija

Ritratt: Arkivji

Ungeriż ta’ 35 sena qed isofri minn xi ġrieħi gravi wara li ġie mtajjar minn vettura fix-Xewkija, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq l-Imġarr fejn intalbet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku li wasal fuq il-post biex jgħati l-assistenza tiegħu. Iktar tard ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal iktar kura.

Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Għaxaq.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.