Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 40 każ ġdid pożittiv

Ifiqu 18-il persuna

Għal jum ieħor pajjiżna reġa’ rreġistra numru għoli ta’ każi pożittivi ġodda ta’ COVID-19… total ta’ 40 każ.

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 18-il persuni oħra illi fiequ minn dan il-virus. B’hekk issa t-total ta’ każi attivi jitla’ għal 760 persuna filwaqt li t-total ta’ każi pożittivi huwa dak ta’ 1,615, bil-persuni li fiequ jammontaw għal 846.

Il-każi rappurtati llum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet pożittivi li ħarġu lbieraħ 5 huma familjari ta’ persuni li huma pożittivi, 6 kelhom kuntatt dirett ma’ każijiet pożittivi, 9 persuna oħra ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol, 3 huma relatati mal-cluster ta’ Paceville filwat li 2 każi huma impurtati.

S’issa din il-ġimgħa diġà kellna rekord ta’ 339 każ pożittiv ġdid.

In-numru ta’ swabs li saru fl-aħħar 24 siegħa jammonta għal 3,030.