Lokali

Eks suldat tal-AFM jgħin biex jinstab iPad

Appell imqanqal għall-għajnuna minn żagħżugħ wassal biex instab iPad li kellu ammont ta’ dokumenti u files importanti.

Dan qalu Andrew Borg Carbott nnifsu permezz ta’ post fuq Facebook fejn mill-ewwel irringrazzja lil dawk kollha li għenuh biex jinstab dan l-apparat. Huwa qal li kien għamel rapport l-għassa ta’ Ħal Balzan, fejn il-pulizija tawh l-għajnuna kollha meħtieġa, iżda mbagħad għamel kuntatt miegħu Joseph Pisani li tah l-għajnuna kollha biex l-iPad jinstab.

Hu qal li din il-persuna ħaqqha t-tifħir kollu tad-dinja għax l-iPad irritorna mingħajr lanqas biss girfa.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=3332680153435400&set=a.457419860961458&type=3&theater