Il-Bank of Valletta qed javża lill-pubbliku, speċjalment lill-klijenti li jagħmlu użu mill-Fergħa tal-Gżira, li din il-Fergħa ser tingħalaq b’mod temporanju.
Il-bank saħaq li din hija miżura ta’ prewkazzjoni kontra l-COVID-19, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u s-saħħa kemm tal-klijenti kif ukoll tal-impjegati tal-BOV.
Il-klijenti huma mitluba biex jużaw l-ATM li tinstab ma din il-Fergħa jew kwalunkwe ATM oħra tal-Bank of Valletta madwar Malta u Għawdex għall-ħtiġijiet ta’ flus kontanti u depożiti. Il-klijenti huma mħeġġa sabiex jużaw il-BOV Internet Banking, il-BOV Mobile Banking, il-BOV Pay u l-BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji u pagamenti.
Il-Bank jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent lill-klijenti tiegħu.
//= $special ?>