Coronavirus Lokali Saħħa

Il-membri kollha jobdu d-direttivi tal-MAM

L-Assoċazzjoni Medika Maltija fi stqarrija qalet li l-membri kollha tagħha obdew id-direttiva sabiex isegwu strajk ta’ siegħa. Il-MAM ordnat dan l-istrajk wara li kien hemm indħil mingħajr bażi xjentifika minn Ministeri oħra fir-rigward tal-miżuri ġodda relatati mat-tixrid tal-COVID-19.

L-Assoċazzjoni qalet li xogħol tt-tobba tas-saħħa pubblika jinkludi l-kordinazzjoni fil-ħidma dwar il-Covid-19 fejn dawn jagħmlu xogħol amministrattiv, jorganizzaw u jipparteċipaw fiċ-ċentri tal-iswabbing u jfittxu u jagħmlu contact tracing ta’ każijiet attivi. Dawn it-tobba jiġbru wkoll data u analiżi  dwar dan il-virus.