Jekk issaqsini għandix nirriżenja minħabba ż-żieda fil-każi tal-COVID-19, jien nistaqsik; “Il-Ministri kollha madwar id-dinja għandhom jirriżenjaw?”
Dan kien il-mod li bih Julia Farrugia ġġustifikat għalfejn mhux se tkun qed tirriżenja minn Ministru tat-Turiżmu wara li kienu ħafna dawk li sejħu għar-riżenja tagħha minhabba l-mod kif irreġaxxiet tul il-pandemija, specjalment meta qabdet u fethet l-industirja f’daqqa, inkluz ghall-parties li hadd ma ried jorganizza, ghaliex kienu riskjuzi.
Julia Farrugia ddefendiet id-deċiżjoni tagħha li tibqa’ Ministru, billi insistiet li kellha bżonn tiżgura li l-pajjiż jimxi ‘l quddiem.
Meta kienet qed twiegeb domandi tat-Times biex tikkumenta dwar id-dikjarazzjoni tal-Gvern li qed jibqa’ jgħid li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll meta numru kbir ta’ pajjiżi tefgħu lil Malta fil-lista l-ħamra, Farrugia farfret fuq il-Professur Charmaine Gauci u l-Ministru Chris Fearne, u insistiet li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu minnhom.
Il-Ministru saħqet li pajjiżi oħrajn tefgħu lil Malta fil-lista l-ħamra minħabba r-rata għolja ta’ testing.
L-istess gurnal saqsa lil Julia Farrugia jekk hi qatt għamlitx pressjoni fil-Kabinet biex kull min jasal pajjiżna jagħmel test għall-COVID-19. Hi saħqet li dawn se jibdew isiru.
Il-famużi ‘mechanisims’ li ftaħret bihom Julia Farrugia mal-media internazzjonali reġgħu spikkaw fir-risposti tagħha waqt l-aħħar intervista mat-Times. Mill-ġdid qalet li l-‘mechanisms’ li għamlet ħadmu b’mod eċċellenti, l-istess kliem li kienet qalet lill-BBC fil-bidu ta’ Lulju.
Meta affaċċjata bil-fatt li minkejja l-‘mechanisms’ l-każi f’pajjiżna telgħu b’rata allarmanti, Farrugia qalet li fl-ewwel ġimgħatejn u nofs minn meta fetaħ l-ajruport, ma kienx hawn każi godda. L-ajruport ta’ Malta fetaħ għal kull destinazzjoni fil-15 ta’ Lulju fejn fl-ewwel ġimgħatejn u nofs pajjiżna ra ftit anqas minn 100 każ ġdid ta’ COVID-19.
Meta mistoqsija dwar l-każi li ħarġu minn attivitajiet tal-massa, il-Ministru farfret billi qalet li tiġijiet, festi, ċelebrazzjonijiet ta’ praċett u ġriżma ma jaqgħux taħt il-Ministeru tagħha. Meta ppressata dwar il-parties, Farrugia ħaslet idejha, waħħlet fl-organizzaturi u mill-ġdid ippuntat subajha lejn il-festi.
//= $special ?>