Lokali

In-nuqqas ta’ serjetà mill-Gvern qed jinkwieta lill-industrija tal-propjetà f’pajjiżna

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tilqa’ b’sodisfazzjon stqarrija maħruġa mill-Assocjazjoni tal-Izviluppaturi (MDA) fejn għamlet aċċenn għar-riżultati tajbin miksuba mill-bejgħ tal-propjetà f’Lulju grazzi għal diversi proposti li din l-assoċjazzjoni għamlet lill-Gvern f’Ġunju ta’ din is-sena.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Artijiet, il-Kostruzzjoni u Ippjanar Sostenibbli, Kevin Cutajar u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u Mobbiltà, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali oni Bezzina, il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-preokkupazzjonijiet tagħhom li l-Gvern mhux jagħti l-attenzjoni neċessarja għat-tħaris tas-saħħa tan-nies, aktar u aktar meta n-numru ta’ dawk affetwati bil-pandemija qed jiżdied ma kull ġurnata li tgħaddi.

Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jsostni li l-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna jiddependi, l-ewwel u qabel kollox mis-salvagwardja tas-saħħa tan-nies. Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ukoll mal-appell li għamlet l-Għaqda tal-Iżviluppaturi biex il-Gvern jagħmel konsultazzjoni serja ma’ dawk kollha involuti, sija dawk fis-settur mediku kif wkoll dawk fil-qasam ekonomiku, biex pajjiżna jkun jista’ jieħu dawk id-deċiżjonijiet kollha neċessarji fejn s-saħħa tal-poplu tkun prijorità.

B’hekk biss pajjiżna jkun jista’ joħroġ minn din il-pandemija fl-iqsar żmien possibbli u l-industriji varji tiegħu jkunu jistgħu jiġu fuq saqajhom ekonomikament u l-ħobża ta’ kuljum tal-ħaddiema tkun salvagwardjata.