Lokali

Isofri feriti gravi wara li ttajjar

Bulgaru ta’ 54 sena sofra feriti gravi wara li lbieraħ ittajjar minn vettura fil-Mosta.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.45 p.m. fi Triq il-Kostituzzjoni.

Il-pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel Bulgaru ttajjar minn vettura li kien qed isuq raġel ta’ 68 sena residenti r-Rabat Għawdex.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Bulgaru l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi  gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Tags