Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bir

Franċiż ta’ 54 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ 3 metri f’bir vojt f’residenza li tinsab fi Triq San Filippu, l-Isla.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am meta ntalbet l-assistenza tal-Pulizija. Fuq il-post issejjaħ ukoll tim medikun li taw l-ewwel għajnuna filwaqt li ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.