Lokali

Ix-‘Shift Leader’ allegatament ipprova jikkuntattja lil Godwin Schembri wara li kien żvelat l-iskandlu tal-kokaina

Il-Pulizija qed tinvestiga l-akkużi ta’ Godwin Schembri li l-persuna inkarigat mix-shift fejn seħħ l-allegat burdell tal-kokaina fil-Forzi Armati ta’ Malta allegatament ipprova jikkuntattja għall-aktar minn darba lill-eks suldat li żvela l-iskandlu.

Godwin Schembri, suldat li tkeċċa wara filmat jiċċajta bi grada tal-AFM, qal li x-Shift Leader li kien fuq xogħol dakinhar tal-allegat burdell ipprova jikkuntattjah ftit wara li kienu żvelati d-dettalji ta’ dan l-iskandlu.

Schembri qal li rċieva żewġ telefonati separati permezz ta’ WhatsApp għall-ħabta tas-6pm nhar it-Tnejn li għadda. Martu ħeġġitu biex immedjatament imur għand il-pulizija. Madankollu, kien biss wara li bdew deħlin aktar telefonati mis-suldati potenzjalment involuti fl-iskandlu li huwa mar jagħmel rapport għand il-pulizija fl-għassa tal-Qawra.

L-allegat burdell seħħ madwar ġimgħatejn qabel kien żvelat minn Schembri u kien biss meta din l-aħbar ħarġet fil-media li ħarġet stqarrija mill-AFM.

https://www.facebook.com/vincent.schembri.5/posts/3182286661891851