Lokali Mużika

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta b’sit ġdid

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għadha kemm nediet sit b’dehra ġdida wara xhur ta’ ħidma.

Fl-aħħar xhur, fuq pjattaformi online ttellgħu għadd ta’ produzzjoni li saru mill-orkestra, fejn laħqu rekord ta’ 3 miljun impressjonijiet fuq Facebook sa Mejju ta’ din is-sena. Dan sar biex l-udjenza ssir taf aħjar lill-orkestra u x-xogħol tagħha.

Dan is-sit b’dehra differenti sar biex wieħed ikollu għarfien aħjar dwar l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, b’għadd ta’ produzzjonijiet filwaqt li ssegwi mill-qrib kunċerti li se jsiru fil-futur.