Internazzjonali Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea se timponi sanzjonijiet fuq il-Belarus

L-Unjoni Ewropea se timponi numru ta’ sanzjonijiet fuq il-Belarus u fuq kull min kellu x’jaqsam mar-riżultat elettorali falz fil-Belarus.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qal li l-bloc Ewropew mhux se jirrikonoxxi r-riżultat elettorali li rat lill-President Alexander Lukashenko “jikseb” ir-riżultat ta’ 80% tal-voti.

Huwa qal li l-Belarus kienet se tingħata €53 miljun, iżda dawn il-flus mhux se jingħataw lill-Gvern, iżda lis-Soċjetajiet Ċivili tal-istess pajjiż biex jgħinuhom fil-ġlieda tagħhom għad-demokrazija.

L-Unjoni Ewropea qed issejjaħ din l-elezzjoni bħala frodi fid-demokrazija u għalhekk huwa kruċjali li dawn is-sanzjonijiet jidħlu fis-seħħ mil-lum qabel għada.

Tags