Għall-ħabta tas-7.10 ta’ dalgħodu seħħ inċident ħdejn ristorant rinomat f’B’Bugia.
Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija kif ukoll ambulanza biex tassisti lill-vittma. Jidher li f’dan l-inċident inqalbet karozza, bis-sewwieq li kienet fiha ssofri biss ġrieħi ħfief. Hi rrifjutat li tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>