Lokali

Persuna taqa’ f’residenza f’Ħal Safi

Ir-raġel li kien fir-residenza tiegħu stess ma kellux bżonn li jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li waqa’ waqgħa ħafifa f’daru stess.

Iktar kmieni:

F’aħbar li għadha kif waslitilna, jidher li persuna waqgħet f’residenza fi Triq San Ġwann, Ħal Safi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15 ta’ dalgħodu. Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna.

S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-vittma.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.