Lokali

RITRATTI: “Irfist fuq art sagra” – rakkont ta’ missjunarju fil-Peru

“Irfist fuq art sagra” – Hekk kiteb Dun Nicholas Schembri li qiegħed iservi ta’ missjunarju fil-pajjiż fl-Amerka ta’ Isfel, il-Peru.

Dun Nicholas Schembri

Huwa rrakonta ta’ kif ħabib tiegħu talbu biex iżur familja li tgħix fil-faqar, u għalhekk iddeċieda li f’qasir żmien mar biex jarahom u ħa miegħu xi ikel u kif ukoll xi xorb li kien ġabar fil-festa tal-Assunta.

Huwa qal li x’ħin wasal fil-post mill-ewwel innota l-faqar estrem li fih din il-familja kienet tgħix fih, iżda wkoll il-livell ta’ organizzazzjoni akkost il-limitazzjonijiet kollha.

Id-“dar” tal-familja fil-Peru

Dun Schembri qal li kien milqugħ minn kopja bl-isem ta’ Oscar u Paolina u magħhom kellom lil binhom, Miguel ta’ 20 sena li jbati minn numru ta’ diżabbiltajiet. Il-faqar kien evidenti, la siġġijiet, la mejda, isajru permezz tal-ħatab u kellhom biss 3 platti.

Huwa saqsihom x’kienu ħadu ikel, hu Paolina urietu x’kienu kielu, soppa li tista’ ssejħilha ilma, b’biċċiet tal-għadam u patata. Hi l-għadam sejħitlu laħam, infatti huwa qal li kważi kien għadam biss u ma kellu kważi xejn laħam.

Dun Schembri rrakonta li miegħu kien ħa xi qarabali mimli u ftit patata maxx. Meta dawn raw dak l-ikel, wiċċhom xegħel bil-ferħ. L-omm qasmet lil kulħadd qabel bdiet tiekol hi, filwaqt li l-qassis baqa’ hemmhekk josserva l-ferħ li dak il-ftit ikel kien ġab fuq din il-familja. Huwa qal li meta ra din ix-xena kważi kważi beda jibki bil-ferħ, li permezz ta’ dik il-karità wettaq tant ġid. Hemmhekk irrealizza li jinsab f’art sagra, li qisu kien għadu kemm serva u ta karità lill-familja mqaddsa fl-għar ta’ Betlehem.

Il-familja tiekol l-ikla li tahom il-qassis

Fil-messaġġ tiegħu huwa talab l-għajnuna, hu appella lill-poplu Malti biex min jista’ jgħin, jgħin. Huwa infatti qal li kull min jixtieq jgħin jista’ jagħmel kuntatt ma’ ħuh li jinsab Malta, fuq dan in-numru: 99469088.

Il-familja; Oscar, Miguel u Paolina