Lokali Qorti

Sentejn ħabs oħra għal Bormliż fuq serq ta’ fjuwil

Martin Joseph Xuereb, ta’ 47 sena minn Bormla ġie kundannat sentejn ħabs oħra fuq serq ta’ fjuwil. Sitt snin ilu huwa kien ġie kundannat tliet snin u seba’ xhur ħabs fuq akkużi simili, filwaqt li sentejn ilu kien mar 18-il xahar ħabs, wara li ammetta li pprova jiffroda kumpanija tal-assigurazzjoni.

Xuereb huwa maħkum mill-vizzju tal-abbuż mid-drogi, bil-Qorti ta’ Għawdex preseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana tinnota li l-imputat huwa pluri-reċidiv b’mod mill-aktar qawwi.

Il-kondotta tiegħu b’xorti ħażina, turi li għandu għadd ta’ sentenzi ta’ priġunerija. Dan il-fatt jagħmilha li l-piena bilfors trid tkun dik ta’ ħabs effettiv

Xuereb ammetta li fil-lejl ta’ bejn 13 u 14 ta’ Awwissu 2020 fi x’hin bejn 11.30p.m. u 01.40a.m. waqt li kien fis-sit maghruf Ta’Maġġi, li jinsab fi triq il-Madonna ta’ Rummiena, fix-Xewkija Ghawdex seraq diversi litri ta’ diesel minn vettura tal-ghamla Leyland DAF, u minn krejn.

Ammetta wkoll li fil-lejl ta’ bejn is-7 u 8 ta’ Awwissu 2020 bejn 1000 p.m. u 2.00 am. waqt li kien qiegħed fi triq San Leonardu fir-Rabat Għawdex ikommetta serq ta’ diversi litri ta’ diesel minn karozza tal-ghamla Coles.

Ammetta li serq ta’ diversi litri ta’ diesel minn karozza Leyland, li l-valur taghħom jaqbeż il-€232.94 iżda hu anqas minn €,2,329.37. Id-difiza ta’ Xuereb immexxija mill-Avukat Dottor Jean Paul Grech saħqet li f’dan il-każ kien qed jistieden lill-Qorti tikkonsidra tagħti lill-akkuzat piena sospiża.

Madankollu fl-eventwalita li l-Qorti tiddeċiedi illi piena karċerarja hija aktar idónea allura l-Awtorità tal-Ħabs għandha tiġi ordnata li ssegwi lill-akkużat fi programm ħalli jeħles mil-vizzju tad-droga.

Barra minn hekk id-difiża saħqet illi f’waħda mis-serqiet ta’ fuel, ir-reat ta serq ma ġiex konkluż billi Xuereb ħalla il-landi tal-fjuwil ma l-art. Il-Prosekuzzjoni argumentat illi is-serq ta fuel kien seħħ billi Xuereb kien battal il-fjuwil mil-vettura u kien poġġieh fil-landi lest biex iġorru. Il-Prosekuzzjoni argumenat li fjuwil ma tteħidtx, għax Xuereb beża.

il-Qorti fis-sentenza tagħha rrakkomandat dlid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex matul il-perjodu li fih il-ħati se jkun residenti fl-istess Faċilità jara li jingħata l-għajnuna meħtieġa u l-possibilita’ sabiex huwa jkun jista jibda’ u jispiċċa programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tal-abbuż mid-drogi.

Dan jinkludi wkoll billi huwa jiġi riferut għal dik it-taqsima l-aktar adatta sabiex dan l-għan ikun jista’ jintlaħaq b’suċċess. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.