Lokali

Sindku Laburista jgħid li pajjiżna bla pjan!

Ritratt: Martin Agius
"Il-pajjiż jinsab bla pjan u mitluf."

Dan qalu s-Sindku Laburista tal-Ħamrun, Christian Sammut f’post fuq l-paġna personali tiegħu ta’ Facebook fejn esprima li “s-sitwazzjoni qabżet kull limitu” fejn jidħol il-vandaliżmu.

Is-Sindku rrefera għall-abbuż u affarijiet illegali li qed iseħħu fil-lokalità, liema abbuż qed iseħħ kemm mill-Maltin u anke mill-barranin.

Sammut kompla jgħid li l-problema qiegħda “fin-nuqqas ta’ nfurzar li hawn f’dan il-pajjiż,” liema sitwazzjoni hi waħda gravi.

Jidher li l-Kunsill Lokali tkellem mal-awtoritajiet konċernati iżda ma ngħatax widen dwar dan, bin-nies kontinwament “qegħdin jgħixu fil-biża’ u fit-tbatija.”

F’kummenti li saru mir-residenti Ħamruniżi, tidher ċara r-rabja ta’ dawk li ta’ kuljum iridu jaffaċjaw din is-sitwazzjoni, bil-Gvern idawwar wiċċu u ma jagħmel xejn.