Internazzjonali

Stati Uniti: Steve Bannon akkużat dwar frodi relatata ma’ fondi għall-bini tal-Ħajt mal-Messiku

Steve Bannon, l-eks konsulent ewlieni għall-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, spiċċa arrestat u akkużat bi frodi relatata ma’ kampanja għall-ġbir ta’ fondi għall-bini ta’ ħajt mal-fruntiera tal-Istati Uniti mal-Messiku,

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan qed jgħid li Bannon u tliet persuni oħra ‘iffrodaw lil mijiet ta’ eluf ta’ donaturi’ b’konnessjoni mal-kampanja ‘We Build the Wall’, li ġġenerat l-ekwivalenti ta’ ‘il fuq minn 20 miljun ewro.

L-akkuża tkompli li Bannon irċieva aktar mill-ekwivalenti ta’ miljun ewro u li hu uża ftit minn dan il-flus biex jagħmel tajjeb għal xi spejjeż personali. Kien mistenni wkoll li Bannon kellu jitressaq il-qorti ‘minn ħin għall-ieħor’.

Il-kampanja ‘We Build the Wall’ ibbażat fuq il-wiegħda li d-donazzjonijiet kienu se jintużaw għall-bini ta’ segmenti tal-ħajt propost mal-fruntiera tal-Messiku fuq art privata….L-istess ħajt kien jinvolvi issue ewlenija tal-kampanja elettorali ta’ Donald Trump qabel ġie elett President tal-Istati Uniti f’Novembru tal-2016.

Għaldaqstant, Bannon, fost oħrajn, qed ikun akkużat b’li iġġenera l-flus sostanzjali ‘taħt il-pretensjonijiet foloz li dawn il-flus kollha kienu se jkunu investiti fil-bini tal-Ħajt mal-Messiku’.