Skont statistika maħruġa mill-NSO, 1,108 persuna kienet involuta f’inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Inċidenti li naqsu b’471 mis-sena li għaddiet.
Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-inċidenti seħħew fis-settur tal-kostruzzjoni kif ukoll fis-settur tal-ħażna u t-trasport.
Ammont sostanzjali ta’ inċidenti affettwaw partijiet ta’ fuq tal-ġisem bħas-swaba’ u l-idejn.
Fis-sena 2019, kienu rrapurtati 1,287 inċidenti mhux fatali għal kull 100,000 impjegat.
Minn naħa l-oħra fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati 3 inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol.
//= $special ?>