Kunsilli Lokali Lokali

Dar tal-Anzjani f’Birkirkara “Sparixxiet” – Debono Grech

"Id-Dar Residenzjali tal-Anzjani f'Birkirkara, sparixxiet!"

Din kienet ir-risposta li ngħata l-Minority Leader Nazzjonalista għall-Partit Nazzjonalista fi ħdan il-Lokalità ta’ Birkirkara, Justin Schembri – mis-Sindku Joanne Debono Grech.

Huwa spjega li waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali staqsa dwar din id-dar li kienet ġiet mwiegħda proprju fil-15 ta’ Mejju 2019, fl-eqqel tal-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.

Dakinhar kien il-Gvern Laburista kien wiegħed li fi ftit żmien mhux ‘il bogħod mill-elezzjoni kienu ser jibdew ix-xogħolijiet fuq dan il-proġett madanakollu meta Justin Schembri staqsa dwar ix-xogħolijiet fi Triq Ganu Debono Grech qaltlu, “xejn…sparixxiet!” Meta ntalbet spjegazzjoni għal dan kollu, is-Sindku saħqet, “le le, m’għandi xejn.”

Din hija r-risposta għall-anzjani tagħna – b’Justin Schembri jibqa’ jisħaq li l-Kunsill Karkariż flimkien ma’ Kunsilli oħra għandhom jagħmlu pressjoni lill-Gvern sabiex jibdel l-Isptar St. Philip’s f’Villaġġ Residenzjali – proposta li ilu jistinka dwarha u li baqgħet fuq l-ixkaffa.