Il-kumpanija Enteractive b’kollaborazzjoni ma’ Padel Malta se tkun qed tniedi l-iGaming Padel League f’pajjiżna, bis-settur tal-iGaming kull ma jmur dejjem qiegħed jikber f’pajjiżna.
Padel Malta fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba fi Frar li għadda u minn dakinhar irnexxila tattira bosta ta’ interess. Is-sens ta’ komunità u għaqda kkontribuxxew għas-suċċess ta’ dan il-klabb. Il-Padel huwa sport milgħub permezz ta’ racquet f’court terz tal-kobor ta’ court tat-tennis u jintlagħab f’koppji. Fi kliem aktar sempliċi dan l-isport huwa simili kemm għat-tenni kif ukoll għall-isquash.
Dan il-kampjonat se jdum tliet xhur u se jibda fis-7 ta’ Settembru kull nhar ta’ Tnejn. Dan l-isport kull ma jmur qiegħed jikber madwar dinja u huwa rikonoxxut b’mod internazzjonali permezz tal-World Padel Tour, b’numru ta’ pajjiżi qed iwaqqfu assoċjazzjoni dedikata għal dan l-isport.
Is-CEO u fundatur ta’ Enteractive Mikael Hansson, qal li dan l-isport sar popolari fil-komunità tal-iGaming u b’hekk ħadu l-opportunità biex jospitaw l-Enteractive Padel League f’pajjiżna. Iż-żewġ fundaturi ta’ Padel Malta, Karl u Janika Wijkmark qalu li jinsabu kuntenti li qed jikkollaboraw ma’ Enteractive biex iniedu l-ewwel Padel League f’pajjiżna.
//= $special ?>