Mara ta’ 86 sena residenti Raħal Ġdid qed tissielet għal ħajjitha wara inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħamis filgħaxija.
Kien għall-ħabta tas-19.20 meta l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq tal-Borġ, f’Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar jidher li l-mara intlaqtet minn vettura tat-tip Honda Jazz misjuqa minn Libjan ta’ 42 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Iktar tard, il-mara ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li fetaħ inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>