Fi tmien sigħat daħlu seba’ dgħajjes bl-immigranti fil-gżira Taljana ta’ Lampedusa. Total ta’ 276 immigrant li jingħaqdu mal-250 oħra li daħlu lbieraħ.
In-numru ta’ immigranti li hemm fuq din il-gżira issa telgħu għal 1,400.
Fost l-immigranti kien hemm persuni Tuneżini u Libjani.
Uħud mid-dgħajjew waslu dirett sax-xatt filwaqt li oħrajn ġew salvati mill-Guardia di Finanzia.
Intant Matteo Salvini f’reazzjoni għal dan kollu akkuża lill-Gvern li qed jaġevola l-immigrazzjoni klandestina u saħaq li għandha tittieħed azzjoni kontrih.
//= $special ?>