Il-captain ta’ Manchester United Harry Maguire kien arrestat fil-Greċja wara li rreaġixxa b’mod vjolenti fil-konfront tal-pulizija. Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija f’bar ġewwa Mykonos u kien trasferit għal Syros. Il-pulizija Griega qalet li Maguire qiegħed jikkopera magħhom.
Fi stqarrija, Manchester United qalu li jinsabu konxji bil-każ ta’ Maguire u se jistennew l-eżitu tal-investigazzjonijiet qabel ma jieħdu azzjoni fuq id-difensur ta’ 27 sena. Maguire ssieħeb ma’ Manchester United fis-sajf li għadda mingħand Leicester City għas-somma ta’ €84 miljun ewro.
//= $special ?>