Raġel ta’ 50 sena mix-Xewkija u żagħżugħ ta’ 18-il sena mix-Xagħra tressqu quddiem il-Qorti t’Għawdex b’arrest akkużati li fix-Xewkija u f’diversi lokalitajiet oħra fil-gżira Għawdxija, nhar it-18 ta’ Awwissu u fil-jiem ta’ qabel taw fastidju, ħolqu biża’ u heddu lil tliet persuni oħra.
Dan filwaqt li r-raġel mix-Xewkija ġie akkużat ukoll li t-Tnejn filgħaxija saq vettura b’mod perikoluż u traskurat fit-toroq ġewwa l-istess lokalità. Dan filwaqt li kien akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ħafifa lil persuna oħra fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, Għawdex.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja u ngħataw il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>