Illejla f’Cologne il-Ġermanja, tintlagħab il-finali tal-UEFA Europa League bejn Sevilla u Inter, bl-Ispnajoli se jkunu qed ifittxu li jkabbru r-rekord ta’ rebħ tagħhom f’din il-kompetizzjoni fejn sa issa rebħuha ħames darbiet. Inter se jkunu qed jirritornaw f’finali Ewropeja wara nuqqas ta’ għaxar snin u se jkunu qed ifitxxu li jirbħu din il-kompetizzjomi għar-raba’ darba.
Sevilla kellhom triq twila biex waslu s’hawn u fit-tieni fażi kellhom jaffaċjaw timijiet ta’ stoffa, huma eliminaw lil Cluj, Roma, Wolves u Manchester United.
Inter bdew l-avventura Ewropeja għal dan l-istaġun fil-UEFA Champions League, fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom huwa ġew relegati għall-UEFA Europa League. Fit-triq tagħhom sal-finali huma eliminaw lil Ludogorets, Getafe, Bayer Leverkusen u lil Shaktar Donetsk. Il-partita se tintlagħab mingħajr partitarji u tibda fid-9.00pm.
//= $special ?>