Fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa karozza tat-tip Audi saret ħuġġieġa waħda fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ fi triq ġdida bejn Triq Atocia u Triq Willie Attard, fl-inħawi ta’ wara s-Santwarju ta’ Santa Marija ‘tas-Samra’, għall-ħabta tal-12.15am.
Kawża tan-nar imqabbad, il-karozza ġarrbet minn ħsarat kbar iżda jidher li ħadd ma weġġa’ fl-inċident.
In-nirien ikkawżaw ħsarat ukoll fuq tliet vetturi oħra kif ukoll parti mill-faċċata ta’ dar.
Fuq il-post issejjħu l-Pulizija tad-distrett filwaqt li n-nar ġie kkontrollat mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-għassa, Neville Camilleri.
//= $special ?>