Coronavirus Lokali Saħħa

L-10 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa ikkonferma li anzjan ta’ 72 sena miet bil-Covid-19, biex b’hekk dan isir l-10 vittma ta’ din il-pandemija.

Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu diġà kundizzjonijiet mediċi ulterjuri minbarra l-Covid. Hu ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Awwissu, u beda jingħata kura fl-Isptar St. Thomas, u aktar tard ġie trasferit għall-Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.