Atletika Sport

L-istaġun tal-atletika jilħaq il-qofol bejn għada u l-Ħadd

(Ritratt: Wally Galea)

Bejn għada u l-Ħadd jilħaq il-qofol tiegħu l-istaġun tal-atletika bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association.

F’din il-kompetizzjoni se jkun hemm 34 avveniment u se jipparteċipaw uħud mill-aqwa atleti f’pajjiżna li se jkunu qed ifittxu li jniżżlu isimhom fl-istorja billi jiksru rekords nazzjonali jew tal-kategorija differenti. L-attrazzjoni prinċipali se tkun it-tellieqa fuq 5,000m fejn mistenni dwell eċitanti bejn Charlton Debono u Dillion Cassar.

L-isprint tal-100m tibqa’ tkun fost id-dixxiplini ewlenin f’kull avveniment b’Luke Bezzina u Jacob El Aida Chaffey jirreġistraw l-aqwa ħinijiet dan l-istaġun. Fil-kategorija kemm Claire Azzopardi kif ukoll Carla Scicluna se jkunu qed ifittxu li jniżżlu l-ħinijiet tagħhom taħt it-12 –il sekonda.

Il-midalja li se tingħata lir-rebbieħa

L-MAAA, fid-dawl tal-aħħar żviluppi mal-pandemija tal-coronavirus, ħadet id-deċiżjoni li torganizza dan l-avveniment wara bibien magħluqa filwaqt li se tkunn qed ixxandar b’mod dirett dan l-avveniment.

Il-Presdient tal-MAAA qa li minkejja l-ostakli kollha li ġabet magħha din is-sena, l-assoċjazzjoni hija kbruija li se tkun qed tipprovdi esperjenza memorabbli għall-atleti u dawn il-kampjonati se jkunu ċelebrazzjoni tat-tenaċità u d-dedikazzjoni tagħhom.