Coronavirus Sport Sport Ieħor

L-MMF b’donazzjonijiet ta’ maskri protettivi u appoġġ finanzjarju għall-motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ħasset il-bżonn li tikkontribwixxi biex tgħin fil-bżonnijiet tal-membri tal-Federazzjoni u l-komunità tal-motorsport wara l-effett finanzjarju u sfidi oħra li ġabet magħha l-pandemija tal-coronavirus.

Permezz ta’ kampanja li nediet l-FIA #RaceAgainstCOVID, l-MMF qassmet aktar minn 2500 maskra protettiva fost il-membri tal-Federazzjoni biex jintużaw waqt l-avvenimenti sportivi biex tgħin fit-trażżin tat-tixrid u tiġġieled kemm jista’ jkun il-pandemija tal-coronavirus.

L-MMF ħadet ukoll l-inizjattiva lil titlob l-għajnuna ta’ SportMalta biex tgħin fl-ispejjeż tal-assigurazzjoni li tkopri l-avvenimenti tal-motorsport Malti. SportMalta kopriet ukoll il-porzjon tal-Personal Accident tal-liċenzji tas-sewwieqa tal-motorsport, l-MMF iddeċidiet li tagħti kredita ta’ €30 lis-sewwieqa kollha li ħallsu għal-liċenzja Nazzjonali/Internazzjonali matul din is-sena.

Il-President tal-MMF, Tonio Cini spjega li l-aġir li wieħed jgħin huwa parti integrali ta’ dak li tfisser il-federazzjoni għall-komunità tal-Motorsport Maltija. L-MMF temmet tgħid li se tkompli tipprovdi kwalunkwe appoġġ li tista’ tagħti lill-membri u lis-soċejtà tagħna.