Knisja Kultura Lokali

Lesti l-ewwel biċċiet tal-Ark ta’ San Publju

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Fergħa tal-Armar ta’ Barra tal-Parroċċa San Publju fil-Floriana ħabbret li lesti l-ewwel biċċiet tal-Ark Trijonfali ta’ San Publju.

https://www.facebook.com/295187187948132/posts/743994283067418/

Intqal li dawn il-biċċiet se jkunu disponibbli għall-wiri nhar il-Ħadd li ġej meta f’funzjoni liturġika se ssir quddiesa li wara li se jkun hemm it-tberik tal-pittura l-ġdida fil-Kappelun tar-rużarju fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju.

Intant illum ġie mħabbar li l-Kunsill Malti tal-Arti ta s-somma ta’ €40,000 b’risq ir-rikostruzzjoni tal-Ark.

Tul konferemza stampa tkellmu l-aħwa Sacco, iż-żewġ mastrudaxxi li b’responsabbiltà ġew fdati jaħdmu fuq l-Ark Trijonfali l-ġdid tal-Floriana. Huma qalu li kull bidu huwa diffiċli, iżda x-xogħol jidher li miexi kif pjanat.