Mosti ta’ 31 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li prova jaqbeż minn sular għoli biex jaċċessa gallarija ta’ residenza fi Triq il-Ħamri, Għajnsielem.
Il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha għall-ħabta tal-4.45am u ssejjaħ tim mediku, biex jagħti l-ewwel għajnuna, li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex.
