Coronavirus Futbol Sport

Numru ta’ klabbs fis-Serie A jirreġistraw numru ta’ każijiet pożittiv ta’ coronavirus

Ftit jiem qabel mat-timijiet tas-Serie A jirritornaw għat-taħriġ tagħhom bi tħejjij għal-istaġun il-ġdid li mistenni jibda fid-19 ta’ Settembru, numru ta’ klabbs ikkonfermaw numru ta’ plejers u membri oħra li huma pożittivi għall-coronavirus.

Wara li fl-aħħar jiem Roma ħabbru lill-gowlkiper taħghom li huma pożittiv għall-coronavirus kif ukoll xi plejers mit-tim tal-Primavera, kien imiss lit-tim minn Sardegna Cagliari li kkonfermaw 4 każi, b’Filip Bradaric, Luca Ceppitelli, Alberto Cerri u Kiril Despodov kollha jkunu pożittivi. Ilbieraħ, Napoli u Sassualo wkoll ħabbru li għandhom żewġ plejers pożitivi, b’Andrea Petagna u Jeremie Boga jkunu pożittivi minkejja li asintomatiċi.