Coronavirus Futbol Sport

Rapporti jindikaw li tim ieħor tal-Kampjonat Premier għandhom każ pożittiv tal-coronavirus

(Ritratt: mfa.com.mt)

Numru ta’ rapporti qed jindikaw li t-tim tal-Premier League Ħamrun Spartans għandhom każ ieħor pożittiv ta’ coronavirus. Fl-aħħar jiem numru ta’ klabbs tal-futbol lokali ħabbru li għandhom każijiet pożittiv, b’numru minnhom ikunu ristretti li jipposponu t-taħriġ tagħhom sakemm il-plejers kolla jkunu ttestjati.

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet Ħamrun Spartans lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra Żejtun Corinthians fejn irriżulta li wieħed mill-uffiċjali tal-partita ħareġ pożittiv biż-żewġ timijiet jipposponu t-taħriġ tagħhom.