Futbol Sport

Spezia għall-ewwel darba promossi fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

It-tim minn Liguria, Spezia ġew promossi għall-ewwel darba fis-Serie A f’aktar minn 114 –il sena storja. Fil-finali tal-playoffs li ntlagħbet fuq żewġ legs Spezia rebħu l-ewwel leg bl-iskor ta’ 1-0 b’gowl ta’ Emmanuel Gyasi filwaqt li fit-tieni leg, Frosinone rebħu da nil-konfront bl-istess riżultat b’gowl ta’ Marcus Rohden.

Spezia b’hekk ġew promossi wara li fil-klassifika finali tas-Serie B, huma temmew fit-tielet post b’61 punt filwaqt li Frosinone temmew fit-8 post b’54 punt. B’hekk huma se jissieħbu ma’ Benevento u Crotone fis-Serie fl-istaġun li ġej.