Coronavirus Lokali Saħħa

Terġa’ tinfetaħ mill-ġdid il-fergħa tal-BOV tal-Gżira

Dan wara li wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għall-Covid-19

Minn għada il-fergħa tal-Gżira tal-bank BOV ser tkun qed terġa tinfetaħ mill-ġdid.

Dan wara li kienet temporanjament magħluqa wara li wieħed mill-impjegati kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Għaldaqstant il-bqija tal-ħaddiema kienu qed isegwu l-istruzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, speċjalista fil-kontroll tal-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet aċċerta li l-fergħa hija sigura sabiex terġa’ tilqa’ l-klijenti mill-ġdid.

Sadanittant, l-Awtorità tas-Saħħa se tikkuntattja lil dawk l-individwi li setgħu kienu esposti għall-kontaġju bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.

Il-Bank of Valletta spjega li se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-istaff tiegħu. Il-klijenti huma mħeġġa biex jużaw l-ATMs, BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti.

Barra minn hekk, il-klijenti li jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.