Coronavirus Sport Sport Ieħor

Timijiet li jkollhom aktar minn żewġ ċiklisti pożittivi għall-coronavirus se jitwaqqfu mit-Tour de France

L-organizzaturi tat-Tour de France qalu li jekk ikun hemm aktar minn żewġ ċiklisti pożittivi f’tim, dak it-tim jitwaqqaf milli jkompli jikkompeti fit-Tour de France. Din l-aħbar kienet ikkonfermata waqt il-Criterium du Dauphine li jkun organizzat mill-Amaury Sport Organisation.

Iċ-ċiklisti u l-istaff tagħhom se jinżammu iżolati minn meta jaslu fi Franza. Huma se jkunu ttestjati għall-coronaivurs darbtejn qabel ma tibda t-tellieqa u se jkunu hemm ukoll disponibbli post fejn isir l-ittestjar waqt it-tellieqa. Fl-aħħar jiem bħal maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, Franza rat żied fil-każijiet rreġistrati pożittivi għall-coronavirus.