Fortunatament, ħadd ma weġġa’ minn nirien li nħakmu f’lukanda f’Tas-Sliema. Jidher li n-nar beda minn air conditioner.
Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxilhom jikkontrollaw in-nirien ftit tal-ħin wara li evakwaw il-lukanda mir-residenti, staff u persuni oħra.
Iktar kmieni:
Ftit tal-ħin ilu lukanda fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema nħakmet minn nirien.
In-nar inħakem għal ħabta tat-3.20pm. Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan u jekk hemmx xi persuna jew persuni li sofrew xi feriti.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri tat-tifi tan-nar biex jikkontrollaw in-nirien. Ambulanza u tim mediku flimkien ma’ Pulizija tad-distrett waslu wkoll fuq il-post.
In-nies kollha li kien hemm ġewwa ġew evakwati mil-lukanda. Minnufih, il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili daħlu fuq ġewwa biex ikunu għeqreb ta’ fejn beda n-nar, hekk kif kollox jidher li beda f’kamra fuq in-naħa ta’ fuq u ta’ wara tal-lukanda.
It-triq ingħalqet għat-traffiku biex il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom bl-aħjar mod filwaqt li ħadd ma jkun fil-periklu.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.