Lokali

COVID-19 : 31 każ ġdid pożittiv; ifiqu 47

Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiża ġew rreġistrati 31 każ ġdid filwaqt li fiequ 47. Dawn in-numri ħarġu minn fost 2,310 swab li saru.

B’hekk it-total ta’ każi mill-bidu ta’ din il-pandemija huwa ta’ 1,688. Minn dawn fiequ 945 filwaqt li l-każi attivi bħalissa huma 727. Sfortunatament, din il-pandemija ħalliet 10 vittmi.

Net News qed jagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjoni preżenti, inkluż l-immigranti rregolari.