Lokali

Donazzjonijiet ta’ vouchers lil dawk fil-bżonn

Iktar minn €3,000 mgħotija lil santwarji tal-annimali u lil xelters tan-nisa.

Għadd ta’ persuni qed jissagrifikaw ftit flus tal-vouchers biex jgħinu dawk l-iżjed fil-bżonn. Fost dawn hemm xelters ta’ nisa li jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom u santwarji tal-annimali.

Wara post li ttellgħet minn Rebekah Cilia, numru kbir ta’ nies bagħtulha jgħidulha li se jibgħatu b’donazzjoni l-vouchers tagħhom bit-total li ġabret kien dak ta’ €2,500. Il-vouchers tqassmu lil żewġ xelters tan-nisa.

L-istess sar mal-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati fejn 28 persuna bagħtu l-vouchers ta’ lewn blu tagħhom u bis-somma ta’ €560 inxtara ikel u oġġetti oħra għall-klieb li jgħixu f’dan is-santwarju.

It-tnejn irringrazzjaw lil dawk kollha li għinu fit-talba tagħhom.