“Ċert li magħna fit-triq hemm il-barrani, Ġesu, ejja inħalluh jinqeda bina lkoll biex jibqa’ miexi magħna u ma ħafna ohrajn.”
Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ Monsinjur Anton Theuma, hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija saret il-Konsagrazzjoni u l-Pussess Episkopali tiegħu.
Anton Theuma saħaq li jixtieq li kulħadd ikun parti minn dan l-ekwipaġġ ta’ din id-dgħajsa li hija l-Knisja. Dan sabiex din id-dgħajsa tkun tista’ tasal fit-trufijiet mhux bil-paroli imma bl-għemil u bil-fatti billi ngħinu u nħobbu lil xulxin.
Huwa tenna l-importanza li matul din il-pandemija li qed ngħixu fiha bħalissa, huwa importanti ferm li inħibu ruħna tajjeb ħalli flimkien nissalvagwardjaw is-saħħa ta’ kull wieħed u waħda minna. Għalhekk saħaq fuq l-importanza tat-talb sabiex ilkoll flimkien noħorġu minn din is-sitwazzjoni.
Prezenti ghal din il-funzjoni li saret fir-Rotunda Arċipretali tax-Xewkija, iddedikata lil San Ġwann Battista kien hemm il-Vici Kap tal-PN David Agius kif ukoll Chris Said, Kevin Cutajar u Samuel Azzopardi.
//= $special ?>