L-Ispanjol Pol Espargaro ta’ KTM se jibda għall-ewwel darba fuq quddiem fl-istaġun tal-MotoGP fil-Styrian Grand Prix ġewwa Spielberg l-Awstrija, filwaqt li Valentino Rossi spiċċa fil-15-il post wara aċċident. Hu se jibda fuq quddiem wara dawra tajba ħafna ta’ 1:23.580 2 sekondi.
KTM diġa mpressjonaw din is-sena wara s-suċċess ta’ Brad Binder fejn rebaħ l-ewwel tellieqa personali kif ukoll l-ewwel rebħa għal-KTM, fit-trakka ta’ Brno.
Fit-tieni post se jibda Takaaki Nakagami ta’ LCR Honda. Fit-tielet post hemm Johann Zarco ta’ Avintia Ducati iżda se jibda t-tellieqa minn fuq il-pitlane wara li kien involut fuq aċċident ma’ Franco Morbidelli ta’ Petronas Yamaha. Għalhekk, Joan Mir ta’ Suzuki li spiċċa fir-raba’ post se jieħu post Morbidelli u jibda fl-ewwel linja. Fil-ħames post daħal Jack Miller ta’ Pramac Racing, fis-sitt hemm Maverick Vinales ta’ Yamaha, u fis-seba’ post Alex Rins ta’ Suzuki. L-aħħar tlieta mill-ewwel għaxra huma Miguel Oliveira ta’ KTM, Andrea Dovizioso ta’ Ducati u Fabio Quartararo ta’ Petronas Yamaha.
Kif temmew
1. Pol Espargaro (Red Bull KTM Factory Racing) – 1:23.580 2. Takaaki Nakagami (LCR Honda Idemitsu) + 0.022 3. Johann Zarco (Esponsorama Racing) + 0.052 4. Joan Mir (Team Suzuki Ecstar) + 0.098 5. Jack Miller (Pramac Racing) + 0.120 6. Maverick Viñales (Monster Energy Yamaha MotoGP) + 0.198 7. Alex Rins (Team Suzuki Ecstar) + 0.202 8. Miguel Oliveira (Red Bull KTM Tech 3) + 0.217 9. Andrea Dovizioso (Ducati Team) + 0.269 10. Fabio Quartararo (Petronas Yamaha SRT) + 0.286
//= $special ?>