Coronavirus Internazzjonali

Il-COVID-19 kapaċi nirbħulha fi żmien sentejn – WHO

Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Tedros Ghebreyesus jemmen li fi żmien sentejn inkunu irbaħna il-Coronavirus. Dan għaliex bl-avvanzi tekonloġiċi u xjentifiċi li għandha preżentament, id-dinja kapaċi tegħleb pandemija aħjar minn kif irreaġixxiet l-umanità mitt sena ilu meta waqt l-Ispanish Flu domna propju sentejn sħaħ.

Ghebreyesus jgħid li l-kuntatt li għandu l-bniedem illum qed jgħin biex il-virus jinxtered aktar, għaliex hu inqas faċli li tagħmel distanzjament soċjali. Iżda mil-lat l-ieħor, it-teknoloġija illum hi ferm u ferm aktar avvanzata, u allura d-WHO temmen li b’impenn u solidarjetà bejn il-pajjiżi kollha kapaċi tingħeleb din l-isfida.

Fl-1918 l-Ispanish Flu kienet ħalliet 50 miljun persuna mejta.

Il-Covid-19 sal-lum ħalla 800,000 fatalità….u aktar minn 22 miljun persuna li ħew infettati bil-virus.