“Meta tiġi biex tiftaħ l-iskejjel importanti li jkollok ċertu stagerring u jkollok it-trasmissjoni fil-komunità li tkun taħt kontroll. Jekk inti tipprova tiftaħ l-iskejjek f’sitwazzjoni meta t-trasmissjoni fil-komunità tkun qawwija huwa riskjuż ħafna. Inti trid tistenna li s-sitwazzjoni fil-komunità tkun taħt kontroll u tibda pjan bil-għaqal bil-mod.“
Sostniet dan it-Tabiba Maltija Natasha Azzopardi Muscat, li hija d-Director of Country Health Policy and Systems tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Ewropea.
Hija qalet li l-ftuħ tal-iskejjel għandha tkun xi ħaġa privileġġata anke fuq setturi oħra tal-ekonomija, għax meta ngħaqlu l-iskejjel, l-impatt fuq l-istudenti kien wieħed qawwi. Iżda dan għandu jsir biss meta s-sitwazzjoni f’pajjiżna tkun taħt kontroll. Dan għaliex mhux eskluż li meta jinfetħu l-iskejjel hemm ċans li jerġgħu jfeġġu l-każijiet.
It-Tabiba Azzopardi Muscat qalet li d-differenza bejn l-ewwel mewġa u t-tieni mewġa ta’ dan il-virus hi li lura fi Frar li għadda ma konna nafu xejn fuq dan il-virus ħlief li kien virus mhux komuni. Dak iż-żmien ħafna pajjiżi, inkluz Malta ħadu miżuri qawwija. Illum l-ġurnata, wara sitt xhur nafu kif dan il-virus jiġi trasmess u liema huma dawk iċ-ċirkustanzi meqjusa bħala ta’ riskju għoli.
Hija qalet li llum il-ġurnata biex nikkumbattu dan il-virus, ma rridux nittargitjaw li ngħalqu kollox, iżda li nattakkaw fejn u kif jinfirex il-virus.
“Immorru fejn ikun qed inxtered il virus u jkun hem riskju għoli u nieħdu l-miżuri li hemm bżonn jittieħdu fosthom ta’ kwarantina u jagħlqu l-istabilimenti b’hekk nipproteġu s-soċjet\ u l-ekomomija billi nieħdu azzjonijiet li jkunu ffukati fil-ħin meqjus u anki li jkunu lokalizzati.“
Saħqet bl-iktar mod ċar li virus m’għaddiex… il-virus għadu magħna.
“Għax-xhur li ġejjin u din hija ċara għal kulħadd, il-virus m’għaddhiex, il-virus għadu magħna. Qed nagmlu dak kollu li nistghu biex ikollna vaċċin u terapija iżda sakemm tasal dik il-ġurnata se jkollna naraw kif nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex dejjem ikollna l-virus ikkontrollat u nkunu nistgħu ngħixu ħajjitna bl-aħjar mod illi nistghu f’dawn iċ-ċirkustanzi li jippermettu.“
U hekk kif qed joqrob l-istaġun tal-influwenza, id-WHO qed tibqa’ ttenni l-appell tagħha biex kulħadd, speċjalment l-anzjani u n-nies vulnerabbli, jieħdu l-vaċċin kontra l-influwenza staġjonali.
Natasha Azzopardi Muscat sostniet li s-servizzi tas-saħħa jridu jkunu ppreparati li jaffaċjaw mhux biss żieda fil-każijiet tal-COVID iżda wkoll l-każijiet tal-influwenza staġjonali.
“Nafu li jekk nieħdu ċerti azzjonijiet li nnaqslu r-riskju, dan kollu jista’ ifisser li l-impatt fuq is-servizzi tas-saħħa ma jkunx daqshekk gravi daqs kemm wieħed jista’ jistenna.“
//= $special ?>