Internazzjonali

Imut l-eks kitarrista tal-band Red Hot Chili Pepper

Illum tħabbret il-mewt tal-kitarrista, Jack Sherman li kien jifforma parti mill-band Red Hot Chili Peppers. Sherman miet fl-età ta’ 64 sena. Mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt.

L-aħbar ħarġet fuq post ta’ Instagram mill-membri tal-band stess fejn irringrazzjawh taż-żmien sabih li qatta’ magħhom.

Sherman hu magħruf l-iktar għall-kanzunetti Under The Bridge u Californication wara li sar membru tal-band f’Diċembru tal-1983.